L-Inħawi


L-Imġarr huwa wieħed mill-iktar villaġġi antiki f’Malta u jinkludi żewġ Siti ta’ Wirt Dinji - it-tempji megalitiċi ta’ Ta’ Ħaġrat u Skorba. Il-ġeografija tal-Imġarr, karatterizzata minn kemm hu viċin il-baħar u l-Baċir ta’ Binġemma li jinsab bejn mogħdijiet fix-xifer ta’ għoljiet offriet vantaġġi għall-ewwel settlers biex iwaqqfu komunità agrikola. Il-linja kostali tinkludi wkoll il-bajjiet magħrufin ta’ Ġnejna Bay, Għajn Tuffieħa u Fomm ir-Riħ u hija mimlija b’diversi binjiet storiċi u fortifikazzjonijiet minn żmien il-Kavallieri ta’ San Ġwann sat-Tieni Gwerra Dinjija.