Il-Wegħda tad-Ditta Tagħna


Il-missjoni tagħna hija li nipprovdu prodott fejn il-kwalità u l-wirt kulinari huma l-iktar żewġ affarijiet importanti.

Il-prodotti agrikoli kollha Malta Sunripe huma ġenwinament Maltin - magħmulin biss minn prodotti friski, maqtugħin bl-idejn u mkabbrin lokalment li joriġinaw mill-villaġġ tal-Mġarr.

Il-prodotti kollha tagħna huma magħmulin bl-idejn u 100% mingħajr preservattivi jew addittivi, u mingħajr GMOs

Esperjenza li Tinvolvik


Esperjenza l-karattru awtentiku tal-biedja Maltija fuq waħda mit-turs tal-agrituriżmu tagħna. Permezz ta’ żjara fl-irziezet lokali u fid-deli u l-kantina tal-inbid tagħna, se tiltaqa’ mal-bdiewa lokali, titgħallem dwar l-agrikoltura kontemporanja Maltija u dduq l-ikel tagħna.

Aqra iktar »

Prodotti Rebbieħa ta’ Premjijiet


L-oriġini tal-prodotti artiġjanali tagħna rebbieħa ta’ premjijiet hija ċċertifikata mill-Kunsill Malti għall-Artiġjanat.

Malta Sunripe ġiet fit-tieni post fil-kategoriji kollha għall-Premjijiet Ġieħ l-Artiġjanat 2010 - u ġiet fl-ewwel post fil-kategorija tad-Delicatessen Maltija.

Aqra iktar »