Faċilitajiet


Il-post tagħna, li jinkludi kemm l-operazzjonijiet tagħna kif ukoll iċ-Ċentru tal-Viżitaturi tal-ogħla livell, jinsab l-Imġarr (Malta).

Malta Sunripe hija mifruxa fuq 600 metru kwadru fuq 3 sulari u għandha maħżen fil-kantina, żona għall-ippakkjar u l-ipproċessar fuq il-pjan terran u ċ-Ċentru tal-Viżitaturi fl-ewwel sular. Għandna ukoll gallerija ta’ wiri biex il-viżitaturi jkunu jistgħu jaraw kif nagħmlu l-prodotti staġjonali.

Ċentru tal-Viżitaturi


Iċ-Ċentru tal-Viżitaturi tagħna jista’ jakkomoda gruppi żgħar u gruppi kbar. Il-faċilitajiet fiċ-ċentru jinkludu:

  • Post ta’ akkoljenza u uffiċċji
  • Awditorju b’kapaċità ta’ 70 persuna
  • Żona għad-Dewqan
  • Gallerija għall-Wiri
  • Ħanut
  • Faċilitajiet sanitarji kompletament aċċessibbli

Il-post ta’ Malta Sunripe huma kompletament aċċessibbli u mgħammra b’liftijiet tal-passiġġieri għal 8 persuni għal aċċess faċli fiż-żoni kollha.