Delicatessen - Il-brand tagħna ‘Tari Tari’


Il-prodotti artiġjanali rebbieħa ta’ premjijiet huma ċċertifikati mill-Kunsill Malti għall-Artiġjanat.

Il-wegħda u l-garanzija tad-ditta Malta Sunripe huma li l-prodotti kollha tagħna huma ġenwinament Maltin - magħmulin biss minn prodotti friski mkabbrin lokalment - li joriġinaw mill-villaġġ tal-Imġarr u l-komunità agrikola lokali. Il-prodotti kollha tagħna huma 100% mingħajr preservattivi.

Deli


Kappar Malti Selvaġġ - imkabbar fis-selvaġġ u maqtugħ bl-idejn, il-kappar selvaġġ huwa kontorn perfett mal-insalati, il-ħut u l-brusketta.

Brunġiel - Malta Sunripe hija kburija li reġgħet qed tuża din ir-riċetta antika ta’ brunġiel mixwi, imħawwar b’sinniet tat-tewm, ħabaq u ħall.

Qarabagħli Pikles - din hija riċetta tradizzjonali oħra fejn il-qarabagħli jiġi mmarinat f’varjetà ta’ ħxejjex aromatiċi u ħwawar. It-togħma ħelwa partikolari li tirriżulta tagħmel dan il-prodott kontorn ideali għal kwalunkwe platt.

Qlub tal-Qaqoċċ - varjetà Maltija antika hija kkultivata biex isir dan il-prodott. Imsajrin perfettament u ppreservati f’ingredjenti partikolari. Tista’ sservihom jaħarqu jew kesħin.

Ġulepp tal-Ħarrub Selvaġġ - Garanzija ta’ tradizzjoni lokali, dan il-ġulepp isir mill-ħarrub selvaġġ fil-widien tal-Imġarr. Tradizzjonalment jintuża għall-ħelu u d-deżerti u jintuża ġeneralment bħala rimedju effettiv għas-sogħla.

Għasel ta’ Malta - miġbur 3 darbiet fis-sena, l-għasel Malti għandu togħma ta’ sagħtar selvaġġ, fjuri tas-siġra tal-ħarrub u silla selvaġġa. Kontorn perfett mal-marinat u mal-platti tal-ħelu.

Żejt taż-Żebbuġa Extra Verġni - speċjalità mill-imsaġar lokali taż-żebbuġ, disponibbli fi fliexken ta’ 250ml u 500ml.

Ġbejniet tal-Bżar ta’ Malta - prodott kwintessenzjalment Malti, il-ġbejniet tal-bżar huma magħmulin mill-ħalib tan-ngħaġ fl-irziezet lokali.

Zalza tal-Bżar Aħmar - magħmula minn bżar aħmar 100% pur u mkabbar lokalment, ftit huwa biżżejjed biex jagħti togħma taħraq liz-zalza, il-brodu jew is-soppa tiegħek.

Żebbuġ Malti - ippreservat b’mod perfett għal użu mingħajr limiti, iż-żebbuġ mitħun huwa mħawwar bit-tewm imnixxef u ppreżervat fiż-żejt.

Basal Malti Pikles - apetajżer perfett mal-ħobż frisk u ż-żejt taż-żebbuġa.

Tadam Imqadded - tadam ċatt Malti mqadded b’mod naturali li jġib it-togħma ħelwa partikolari tiegħu mill-ħamrija li fiha ħafna kalċju u l-klima Mediterranja.

Pesto tat-Tadam Imqadded - magħmul mit-tadam imqadded tagħna mnixxef b’mod naturali. Żidu mal-platti tat-tiġieġ jew tal-għaġin tiegħek, kif ukoll bħala dip.

Biċċiet tal-Ħawħ fil-Ġulepp - jistgħu jittieklu mal-ġelat, kastard, kejkijiet jew perfettament waħedhom.

Ġammijiet u Marmellati

Ġamm tat-Tin - perfett għal dawk id-deżerti speċjali u ġelat jew għall-mili tal-croissants u t-towst.

Ġamm tal-Ħawħ - togħma verament tas-sajf Malti għat-tisjir u l-kejkijiet tiegħek.

Ġamm tal-Frawli - magħmul bl-idejn fi kwantitajiet limitati mill-frawli friski mkabbrin l-Imġarr.

Ġamm tal-Berquq - iktar frott sajfi lokali ppakkjat f’dan il-prodott tipiku.

Marmellata tal-Larinġ ta’ Seville u Marmellata tal-Lumi - ipproċessati bl-idejn f’lottijiet żgħar, il-marmellati tagħna huma ppreservati bil-mod tradizzjonali li jiġu mgħaddsa fl-ilma jaħraq.

Inbejjed u Likuri

L-inbejjed ta’ kwalità magħmulin bl-idejn mill-bdiewa tagħna huma magħmulin mill-għeneb tal-varjetajiet indiġeni Maltin Ġellewża u Girgentina, maqtugħin bl-idejn minn dwieli fil-Binġemma, Tas-Santi, u l-Wied tal-Imġarr.

Ġellewża (inbid aħmar) u Girgentina (inbid abjad)

Likur tal-Lumi
Meraq tal-lumi, vodka pura u ftit zokkor - likur ideali għal wara l-ikel.