Agrituriżmu


Malta Sunripe toffrilek l-opportunità li tesperjenza l-karattru uniku tal-agrikoltura Maltija waqt li tivvjaġġa fil-qalba ta’ din it-tradizzjoni fil-villaġġ tal-Imġarr f’Malta. Aħna żewġ familji ta’ bdiewa u flimkien mal-komunità agrikola lokali, il-viżitaturi tagħna jieħdu sehem fi tradizzjoni kontemporanja awtentika.

Għall-kuntrarju tal-biedja fil-pajjiżi Mediterranji fil-viċinat tagħna u l-Ewropa kontinentali, il-biedja Maltija hija kkaratterizzata minn għelieqi relattivament żgħar. Flimkien mal-klima u l-ħamrija tagħna li fiha ħafna kalċju, din kienet karatteristika ewlenija fl-evoluzzjoni tal-agrikoltura kontemporanja Maltija. Waqt it-turs tagħna, il-viżitaturi se jaraw personalment kif il-bdiewa Maltija adattaw il-metodi tagħhom b’suċċess għal dawn l-isfidi uniċi fil-passat u fil-preżent biex jipprovdu prodott ta’ kwalità għolja.

It-turs ivarjaw bejn 3 u 5 sigħat, skont ir-rekwiżiti tal-viżitaturi tagħna. Il-materjal awdjo-viżiv kollu huwa disponibbli fi 11-il lingwa: bil-Malti, bl-Ingliż, biċ-Ċiniż, bir-Russu, bil-Franċiż, bl-Ispanjol, bil-Ġermaniż, bit-Taljan, bid-Daniż, bil-Ġappuniż u bl-Olandiż.

Il-karatteristiċi ewlenin taż-żjara tiegħek jinkludu:


  • Żjarat fuq il-post f’azjendi agrikoli u għelieqi tal-bdiewa fil-Wied tal-Imġarr
  • Tur tal-Faċilitajiet ta’ Malta Sunripe - wirja ta’ kif nagħmlu l-prodotti delicatessen tagħna
  • L-Esperjenza Agrikola Maltija - wiri ta’ dokumentarju disponibbli fi 11-il lingwa
  • Il-Kantina tal-Inbid - wiri tal-produzzjoni tal-varjetajiet tal-inbid indiġenu tal-bdiewa Ġellewża u Girgentina
  • Sessjoni ta’ Dewqan tad-Delicatessen u tal-Inbid
  • Ikla Fakultattiva mal-Bdiewa (trid tibbukkja minn qabel)

Fost l-azjendi agrikoli tal-bdiewa li saret żjara fihom fit-turs tagħna insibu:
  • Razzett Tradizzjonali tal-Ġbejniet tan-Ngħaġ ta’ Malta
  • Masġar taż-Żebbuġ
  • Kantina tal-Inbid
  • Għelieqi Tipiċi tal-Biedja fl-Apert
  • Għelieqi tal-Frawli
  • Żjara f’Serra
  • Razzett tal-Frott Malti
  • Is-sena kollha

  • Is-sena kollha
  • Is-sena kollha
  • Is-sena kollha
  • Ottubru - Ġunju
  • Awwissu - l-aħħar ta’ Mejju
  • Lulju - Settembru