Dwarna


Malta Sunripe hija intrapriża agrikola tal-familja li ġiet imwaqqfa fl-2004 fejn nispeċjalizzaw fit-tkabbir tal-ikel, l-agrituriżmu u d-delicatessen Maltija.

Il-wirt agrikolu tagħna huwa mibni sew fuq it-tradizzjonijiet lokali, u jmur lura diversi ġenerazzjonijiet. Il-filosofija u l-valuri ewlenin tagħna ġew imsawwra mill-passjoni tagħna għal prodotti ġenwinament friski b’togħma essenzjalment Mediterranja.

Il-missjoni tagħna hija li nippromwovu dan il-wirt kulinarju billi nipprovdu esperjenza li verament tinvolvik fl-agrikoltura kontemporanja Maltija permezz taċ-ċentru tal-viżitaturi, il-prodotti tal-ikel u avvenimenti.